It-Tim Tal-Futbol Taljan F’Mument Iswed – Jinqalgħu Mill-Fażi Finali Tat-Tazza Tad-Dinja 2022

 It-Tim Tal-Futbol Taljan F’Mument Iswed – Jinqalgħu Mill-Fażi Finali Tat-Tazza Tad-Dinja 2022

It-tim tal-futbol Taljan għat-tieni edizzjoni konsekuttiva mhux se jkun qed jilgħab fil-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja tal-FIFA.

Kontra kull mistenni, ilbieraħ filgħaxija l-Italja sofrew telfa ta’ 1-0 kontra l-Maċedonja ta’ Fuq fis-semifinali tal-playoffs għall-aħħar tliet postijiet fil-finali tat-Tazza tad-Dinja li se ssir bejn Novembru u Diċembru ta’ din is-sena fil-Qatar.

Tul il-logħba kollha li ntlagħbet f’Palermo, t-Taljani kienu qed jiddominaw b’65% tal-pussess u b’32 tentattiv fuq il-lasta. Il-gowl tal-Maċedonja wasal fil-ħin miżjud preċiżament fit-92 minuta minn xutt minn barra l-kaxxa ta’ Aleksandar Trajkovski.

It-tim Taljan kien erba’ darbiet champions tad-dinja.

Ritratt: The Mirror

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com