It-Turnout Matul Il-Votazzjoni Tal-Bieraħ Kien Ta’ Ftit Aktar Minn 85%
Il-Kummissjoni Elettorali fi stqarrija qalet illi t-turnout għall-votazzjoni bikrija li saret ilbieraħ kienet ta’ 85.15%.
Il-kummissjoni qalet li l-votanti reġistrati biex jivvutaw ilbieraħ kien ta’ 9,658, li minnhom ivvutaw 8,224 persuna.
Il-votazzjoni bikrija tkompli matul din il-ġimgħa fejn nhar it-Tlieta mistennija jivvutaw il-Pulizija kif ukoll l-Assistenti Kummissjonarji Elettorali.