“Jason Azzopardi Jikkonferma Li L-Manifest Tal-PN Ma Jinkludix Iċ-Ċekkijiet Ta’ Rifużjoni Tat-Taxxa” – Il-PL
“Il-kelliem tal-Partit Nazzjonalista, Jason Azzopardi, reġa’ kkonferma kif il-manifest tal-Partit Nazzjonalista ma jinkludix iċ-ċekkijiet ta’ rifużjoni tat-taxxa.” Hekk qalet stqarrija mill-Partit Laburista fejn spejgat kif bit-tneħħija ta’ din ir-rifużjoni l-poplu se jmur lura b’mill-inqas €24 miljun.
Intqal li Jason Azzopardi rrefera għal idea ta’ tax credits fil-manifest tal-Partit Nazzjonalista u qal li hekk in-nies jiffrankaw iktar. “Dan hu żball totali. Bħal Kap tiegħu għamel il-persentaġġ ħażin. Għal dawk bi dħul baxx u medju l-proposta tal-Partit Nazzjonalista fiha kundizzjoni li jċaħħadhom minn ċekk li jieħdu sallum u minfloku ma tagħtihom xejn.
Ma jistax ikun hemm konferma ikbar minn din ta’ kemm il-Partit Nazzjonalista ma jistax jamministra l-ekonomija ta’ pajjiżna.
Għax għal darb oħra anke f’kalkoli mill-iktar sempliċi mar żmerċ.
Mhux ta’ b’xejn meta qal li se jħallu iktar flus fil-but ma kienx jaf jgħid kemm. Għax fil-veritá se jħalli inqas għall-kważi l-ħaddiema kollha.”
“Kif spjegat diġa’ bil-proposta tal-Partit Laburista se nħallu €90 miljun fis-sena u minnhom se jgawdi kulħadd b’sens ta’ ġustizzja soċjali.”
Din l-istqarrija ġiet maħruġa mill-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista.