Jekk Tinqabad Tieħu Ritratt Tal-Vot Tista’ Teħel Multa Jew Ħabs
Il-Kummissjoni Elettorali tavża li l-użu ta’ mobile phones, cameras, jew apparat tal-fotografija huwa għalkollox projbit fil-postijiet tal-votazzjoni.
Fi stqarrija, il-Kummissjoni qalet li min jinqabad jieħu ritratt/video u jekk jinstab ħati ta’ dan ir-reat, jista’ jeħel multa u/jew priġunerija, hekk kif stabbilit fl-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali.