“Jien Nazzjonalist Twelidt U Nazzjonalist Immut…Kull Min Stedinni Nitkellem Fuq Is-Saħħa Mentali Dejjem Aċċettajt” – Mario Galea
“Jien Nazzjonalist twelidt u Nazzjonalist immut. Issa minn għandu interess ipinġini mod ieħor biċċa tiegħu.”
Hekk saħaq l-eks Deputat Nazzjonalista Mario Galea wara li lbieraħ kien wieħed mill-mistiedna f’konferenza organizzata mill-Partit Laburista, “Poplu b’saħħtu, Pajjiż b’saħħtu”.
Mario Galea tkellem dwar is-saħħa mentali kif ukoll l-esperjenza personali tiegħu.
F’messaġġ fuq il-mezzi soċjali tiegħu huwa qal li mar biex iqajjem kuxjenza dwar il-mard mentali u s-suwiċidju. “Kull min stedinni nitkellem fuq is-saħħa mentali dejjem aċċettajt l-istedina,” saħaq Galea.
Huwa tenna li l-mard mentali m’għandux kuluri politiċi. “Dejjem ippruvajt nwassal kelma ta’ faraġ u kuraġġ lil min qed ibati minn problemi ta’ saħħa mentali,” temm jgħid Mario Galea fil-messaġġ tiegħu.