Kemm Int Lest Taħfer Lil Min Għamillek Id-Deni?

 Kemm Int Lest Taħfer Lil Min Għamillek Id-Deni?

Il-Maħfra … Kemm int lest taħfer lil min għamillek id-deni? … Int jistħoqlok maħfra għall-għemejjel tiegħek? Il-Maħfra. Kemm hi kelma kbira … Lest li taħfer bħal ma’ għamel Sidna Ġesù Kristu stess lil min salbu u qatlu?

Id-dramm “Il-Maħfra” se jkun qed jittella’ nhar it-Tlieta 12 u l-Erbgħa 13 ta’ April fit-8:00 ta’ filgħaxija, b’kitba u direzzjoni ta’ Shaun Formosa, bi produzzjoni tal-Pageant Group fi ħdan il-Parroċċa ta’ San Sebastjan Martri, bl-għajnuna tal-Kunsill Lokali Ħal Qormi.

Il-bitħa taċ-Ċentru Parrokkjali se tilqa’ fiha vjaġġ miżgħud emozzjonijiet li jitqanqlu bir-rakkont tal-Akbar Ġrajja. Dramm li għall-ewwel darba f’24 sena, se jkun qed jiġi ppreżentat LIVE u ċertament se joffri esperjenza teatrali mill-aqwa, flimkien ma’ dawl, mużika u vestwarju li jkomplu jagħtu l-ħajja lil dan id-dramm.

Fuq kollox din ir-rappreżentazzjoni se sservi bħala eżerċizzju ta’ ħsieb fil-kuxjenza ta’ dawk li jkunu preżenti magħna.

Min mill-karattri f’din il-ġrajja se jirrapreżenta lilek?
Għall-biljetti: 79092963 jew 79940810.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com