“Kif Qatt Tista’ Tfieq Il-Ferita? Kif Qatt Nistgħu Ninsew Il-Ġid Li Għamiltu” – Puttinu Cares
“Kif qatt tista’ tfieq il-ferita? Kif qatt nistgħu ninsew il-ġid li għamiltu.”
Dan kien il-messaġġ li kitbu l-Fondazzjoni Puttinu Cares fuq il-mezzi soċjali tagħhom hekk kif ilbieraħ kien jum li jfakkar dati sinifikanti.
Propju lbieraħ kien għeluq snin Dr. Victor Calvagna kif ukoll sena mill-mewt ta’ Ramiro Mallia.
“Dr. Victor Calvagna u Ramiro Mallia żewġ qaddisin fis-sema…X’telfa ħej,” kitbu Puttinu Cares filwaqt li qalu li din hija ferita li ma’ tistax tfieq.
“Kemm nimmissjawkom u nsemmukom kuljum…Ħudu ħsiebna mis-sema. Inħobbukom wisq”