“Kuntent Li Ninsab Lura F’Dari” – Il-Ministru Owen Bonnici

 “Kuntent Li Ninsab Lura F’Dari” – Il-Ministru Owen Bonnici

Il-Ministru tal-Kultura Owen Bonnici tella’ ritratt flimkien mas-sieħba tiegħu Remenda Grech u l-familja fit-Teatru Manoel fejn esprima ruħu: “So happy to be back home”. Dan għaliex mhux sigriet li l-kultura, il-Ministru Bonnici jħobbha ħafna. Dan għamlu b’referenza li rritona lura bħala l-Ministru responsabbli mill-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali.

Illejla, il-Ministru Owen Bonnici ta sorpriża lill-artisti li kienu qed itellgħu ‘Rock Classics’ fejn propja l-għada tal-ħatra tiegħu mar għal dan il-kunċert.

Il-kantant prinċipali kien Ozzy Lino flimkien ma’ Klinsman Colerio u Claudia Faniello. Magħhom kien hemm ukoll Wayne Camilleri u Ryan Magro fuq il-kitarra, Stefan Xuereb bil-bass, Kurt Scerri bid-drums tarbuka-style u Aaron Sammut fuq il-congas u l-bongos.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com