L-Aġenti Tal-Partiti Jinsabu Lesti Fil-Kuruturi Tas-Sala Tal-Għadd Tal-Voti
Il-kuruturi tas-sala tal-għadd tal-voti fin-Naxxar issa jinsabu mimlija sabiex fil-minuti li ġejjin jibdew joħorġu l-voti mill-kaxxi u jinqalbu wiċċhom ‘il fuq bl-aġenti tal-partiti politiċi jibdew jieħdu l-ewwel samples.
Issa verament ninsabu ftit minuti ‘l bogħod mill-bidu ta’ dan il-proċess li se jwassal biex ikun elett gvern ġdid.