L-Ewwel Dibattitu Bejn Robert Abela U Bernard Grech Se Jseħħ Illum Fl-Università Ta’ Malta
Wara tant stennija l-Prim Ministru Robert Abela u l-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech se jkunu qed jieħdu sehem fl-ewwel dibattitu bejniethom illum fl-Università ta’ Malta, F’nofsinhar.
Dan l-ewwel dibattitu qed isir propju ġimgħatejn qabel l-elezzjoni ġenerali.
Jieħdu sehem f’dan id-dibattitu f’sala Sit Temi Zammit se jkun hemm ukoll il-mexxejja tal-partiti politiċi ż-żgħar li huma ADPD, ABBA u l-Partit Popolari.
Għal dan id-dibattitu tant mistenni mistenni li jattendi madwar 550 student mill-Università u l-Junior College.