L-Għaqda Madonna Tal-Grazzja Banda San Mikiel Ta’ Ħaż-Żabbar Bi ħsieb Għall-Poplu Ukren
L-Għaqda Madonna tal-Grazza, Banda San Mikiel ta’ Ħaż-Żabbar ħarġu bi ħsieb għall-poplu Ukren li bħalissa għaddej minn tbatija kbira minħabba l-kunflitt li nħoloq mill-Gvern Russu.
Fuq il-midja soċjali tagħhom, kitbu li se ssir ġabra biex jintbagħtu lil dawk milquta minn dil-gwerra. Fejn l-istatwa ta’ San Mikiel fill-każin se jkunu qed jinġabru:
– ‘Bottles’ tat-trabi nodfa
– Ikel tat-trabi
– Batteriji u Power banks
– First aid kits
– Painkillers (non expired)
– Żraben u ħwejjeġ li jsaħħnu kemm tat-tfal u anke tal-adulti
– Gverti
Il-pubbliku jista’ jagħmel l-offerta tiegħu ta’ flus fuq 77001883 u anke jinxtraw l-oġġetti meħtieġa. L-offerti ta’ materjal u flus se jsiru sal-Ħadd 6 ta’ Marzu. “Ejja nagħmlu festa ta’ Ħadd in-Nies mill-isbaħ b’sinifikat sabiħ!”