“L-Għomor F’Idejn Il-Bambin…Ma Hemmx Sigrieti” – Maria Farrugia Llum Qed Tiċċelebra 110 Snin
“L-għomor f’idejn il-bambin. Ma hemmx sigrieti.”
Hekk qalet Maria Farrugia li llum qed tiċċelebra 110 snin. Maria, li hi mill-Ħamrun, hi l-ixjaħ persuna f’Malta. Hi twieldet fis-7 ta’ Marzu tal-1912.
Il-paġna ‘The People of Malta’ tkellmet ma’ Maria fejn irrakkontat diversi esperjenzi li għaddiet tul ħajjitha. Maria kienu 5 aħwa li wħud minnhom kienu mietu żgħar. Ommha għexet sa 100 sena.
Hija twieldet il-Mosta, trabbiet l-Imsida u fi żmien il-gwerra kienet toqgħod il-Ħamrun. Hi ilha armla mill-1962. Kellha tlett itfal, li tnejn minnhom mietu. Lil Maria jieħdu ħsiebha t-tifla Carmen u n-neputi Stephen.
Huma qalu li Maria t’għożż ħafna l-familja. “Filgħaxija, jekk ma tgħidx ir-rużarju ma torqodx. Tħobb tqalleb fir-ritratti u tirrakkontalna minn xiex għaddiet u tgħidilna l-ġrajjiet. Xi tħobb tiekol Maria? Xi ħaġa sempliċi; il-minestra u biċċa ħobż biż-żejt u żebbuġa,” tennew it-tifla Carmen u n-neputi Stephen.
Awguri Maria!