L-Isle Of MTV Jirritorna F’Malta B’DJ Marshmello
L-akbar kunċert mużikali fl-Ewropa mingħajr ħlas se jkun qed jerġa’ jirritorna fid-19 ta’ Lulju 2022, fuq il-Fosos tal-Furjana.
L-Isle of MTV ilu jsir f’Malta mill-2007 u ġab f’Malta uħud mill-aqwa artisti tal-mument.
Dan tħabbar waqt konferenza tal-aħbarijiet indirizzata miċ-Chairman tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu Gavin Gulia, mill-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo kif ukoll Owen Spiteri minn G7 Events.
Matul din il-konferenza tħabbar ukoll DJ Marshmello li se jkun propju qed jagħti spettaklu f’dan l-festival li jiġbed numru kbir ta’ turisti kif ukoll iservi ta’ riklam għal pajjiżna fuq l-istazzjon MTV li jilħaq mal-400 miljun dar madwar id-dinja.