L-Ispeaker Anġlu Farrugia F’Laqgħa Informali Mal-President Tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola
L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Dr Anġlu Farrugia kellu laqgħa informali mal-President tal-Parlament Ewropew Dr Roberta Metsola.
Din il-laqgħa seħħet waqt li kienu qed jattendu għall-Konferenza tal-Ispeakers tal-Parlamenti tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea f’Brdo pri Kranju, Slovenja, fit-28 u d-29 ta’ Marzu 2022.
Fi stqarrija ntqal li waqt din il-laqgħa kordjali, l-Ispeaker Farrugia informa lill-President Metsola li huwa kien ressaq emenda għall-konklużjonijiet tal-konferenza sabiex ikun hemm kontribuzzjoni attiva min-naħa tal-Parlamenti Ewropej għal proposta li ġiet approvata f’riżoluzzjoni adottata mill-Assemblea tal-Unjoni Inter-parlamentari li tirrakkomanda t-twaqqif ta’ Task Force dwar is-sitwazzjoni fl-Ukrajna.
L-għan ta’ din l-inizjattiva hu dak li bis-saħħa tad-diplomazija parlamentari, isir attentat sabiex tinstab soluzzjoni għat-tbatija u l-isfidi li qed jiffaċċjaw iċ-ċittadini f’dak ir-reġjun.
Ritratt: DOI