L-Ukrajna Tapprezza L-Appoġġ Ta’ Malta
L-Ukrajna laqgħet l-appoġġ politiku u l-għajnunatal-Gvern ta’ Malta lill-Ukreni li jgħixu Malta.
Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Ukren Dmytro Kuleba esprima l-apprezzament tiegħu għall-isforzi ta’ Malta fil-fora Ewropej u internazzjonali biex tinkiseb soluzzjoni paċifika.
“Nirringrazzjak minn qalbi talli ħadt ħsieb l-Ukreni f’Malta.” Is-Sur Kuleba qal lill-Ministru Evarist Bartolo.
Il-Ministru Bartolo qal lill-Ministru Kuleba li qed isegwi l-isforzi persistenti tal-Ukrajna biex tikseb waqfien mill-ġlied b’dinjità. “Jalla tirnexxi, għalkemm jeħtieġ liż-żewġ naħat biex tilħaq dan l-għan.”
Il-Ministru Bartolo qal lill-Ministru Kuleba li Malta qed tilqa’ qraba ta’ Ukreni li jgħixu hawn u bdiet tagħti l-kura lit-tfal bil-kanċer fl-isptar tagħna filwaqt li tibgħat prodotti mediċinali fl-Ukrajna.
“Jalla din il-gwerra krudili tispiċċa kemm jista’ jkun malajr, u jibda l-bini mill-ġdid ta’ pajjiżek,” qal il-Ministru Bartolo lill-Ministru Kuleba.