“Ma Nifilħux Inħallsu” – Ir-Russi Jibdew Iħossu L-Effett Tas-Sanzjonijiet

“Kieku nista’ nitlaq mir-Russja issa stess, nitlaq. Imma ma nistax nitlef ix-xogħol tiegħi.” Hekk qal Andrey lill-BBC fejn spjega kif ma jiflaħx iħallas il-kera f’Moskoa fejn l-interessi issa splodew minħabba s-sanzjonijiet.
Miljuni ta’ Russi jħossu li se jiġġennu fejn kellhom kemm kellhom flus, issa bdew jitilfu s-saħħa tagħhom.
Oħrajn saħqu li qed jibżgħu jitkellmu fejn fir-Russja, min jitkellem jisfa arrestat. Din hija sitwazzjoni li donnu konna naraw f’xi film jew f’xi stejjer rakkontati mill-passat.
Ritratt: BBC News