Meta Fix-Xlendi Mietu Żewġ Sajjieda Anzjani

Kien bħal-lum 1 ta’ Marzu tal-1967, meta fil-blokka tax-Xlendi, żewġ sajjieda anzjani mietu wara li beda dieħel l-ilma fid-dgħajsa tagħhom. Dawn kienu Wiġi Borg ta’ 65 sena, u C. Debrincat ta’ 76 sena; it-tnejn mir-Rabat, Għawdex.
Kien hemm magħhom ukoll Salvu Parnis ta’ 61 sena mill-Munxar li salva.
Ritratt: Bay Retro (m’għandux x’jaqsam mal-każ. Intuża biex jispjega.)