M’Hemmx Għalfejn Aktar It-Tliet Suġġetti Prinċipali Kollha Biex Tidħol Il-Junior College – Il-PN Jgħid Li L-Ministru Għandu Jagħti Spjegazzjoni

 M’Hemmx Għalfejn Aktar It-Tliet Suġġetti Prinċipali Kollha Biex Tidħol Il-Junior College – Il-PN Jgħid Li L-Ministru Għandu Jagħti Spjegazzjoni

Minn Ottubru li ġej  dawk l-istudenti li jridu jkomplu jistudjaw fil-Junior College se jkunu qed jintalbu mill-inqas 6 suġġetti tal-O Levels bi grad 5 jew aħjar, li jinkludu wieħed mit-tliet suġġetti li s’issa kienu obbligatorji biex tidħol, li huma l-Malti, l-Ingliż u l-Matematika.

Dan it-tibdil sar wara emendi li saru f’Att Legali dwar l-Edukazzjoni.

B’reazzjoni għal dan il-Partit Nazzjonalista qal li huwa inkreddibli kif ftit jiem qabel elezzjoni ġenerali, bla ebda diskussjoni jew konsultazzjoni, nbiddlu ta’ malajr l-entry requirements tal-Junior College.

Fi stqarrija l-Partit Nazzjonalista saħaq li l-Ministru tal-Edukazzjoni għandu jagħti spjegazzjoni mill-iktar fis għaliex l-Malti, l-Ingliż u l-Maths mhumiex ser ikunu rekwiżiti għad-dħul fil-Junior College.

“Bidla bħal din għandha konsegwenzi kbar fuq l-istudenti u s-sistema edukattiva ta’ pajjiżna u ma tistax tittieħed għal skopijiet partiġġjani,” tenna l-PN.

“Jekk dan huwa attentat ieħor ta xiri ta voti huwa ċar li l-Partit Laburista qed jaqa’ għal-livelli bla preċedent biex jaħtaf iktar poter f’idejh,” temm jgħid il-PN fl-istqarrija.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com