Negozjant Russu Joffri $1 Miljun Għal Min Jarresta Lil Putin
Negozjant Russu Alex Konanykhin qed joffri $1 miljun għal min jirnexxielu jarresta lill-President Russu Vladimir Putin. Hu qed iħeġġeġ lill-uffiċjali Russi stess biex ikunu kapaċi jagħmlu dan u jarrestawh bħala kriminal tal-gwerra.
Konanykhin kiteb fuq il-midja soċjali tiegħu, li qed jagħmel dan għax iħossu fid-dmir li jnaddaf isem pajjiżu apparti l-fatt li Putin qed imur kontra l-umanità.
In-Negozjant Russu qal li Putin laħaq fejn laħaq permezz ta’ operazzjoni speċjali li għolliet binja ta’ appartamenti fir-Russja kif ukoll billi kiser il-kostituzzjoni u elimina l-elezzjonijiet ħielsa u qatel lill-opponenti tiegħu.
Intom x’taħsbu dwar dan?!