“Patetiċi. Ħafna Nazzjonalisti Jwaħħlu Fil-Gvern Għall-Covid U N-Numri Imbagħad Bernard Grech Mar San Ġiljan F’Nofshom”
Hekk qaltilna mara mweġġa’ li tilfet lill-qarib tagħha matul din is-sena minħabba li kellu kumplikazzjonijiet u mbagħad sofra mill-virus tal-Covid-19.
“Tarahom jiktbu fuq facebook, pandemija ġabuha politika. Mal-mard ma tiċċajtax. Naf għax ġarrabt. U jekk hu tort ta’ xi ħadd, kif kap ta’ partit imur fil-qalba tal-attività? Mela għall-voti nbiegħu lil ommna?”, qaltilna s-sinjura li tkellmet magħna privatament.
Dan wara li llum ukoll il-kunsill lokali Nazzjonalista ta’ San Ġiljan wissa li l-awtoritajiet ma ħarġu l-ebda permess biex isiru ċelebrazzjonijiet fit-toroq f’Paceville.
“Il-punt hu, biex ħadd ma jaħseb li jien kontra l-avvenimenti, għalkemm mietli zijuwi żgħir, imma jew qed tikkritika jew inkella tintefa’ f’nofshom tieħu r-ritratti saħansitra bla maskra. Allura turi li tirkeb il-karru kull mument kif jaqbillek.”
Intom x’taħbsu dwar dan?!
Ritratti: Net News