“Qatt Ma Ħsibt Li Fl-Aktar Ġimgħa Impenjattiva Tal-Kampanja Elettorali Kont Ħa Nkun Indisposta” – Amanda Spiteri Grech
“Qatt ma ħsibt li fl-aktar ġimgħa impenjattiva tal-kampanja elettorali kont ħa nkun indisposta minħabba raġunijiet ta’ saħħa.”
Hekk għada kemm kitbet il-Kandidata tal-Partit Laburista għall-Elezzjoni Ġenerali, Amanda Spiteri Grech fuq il-mezzi soċjali tagħha.
Hija qalet li wara intervent li għamlet se jkollha bżonn ftit jiem ta’ mistrieħ.
“Irrid nirkupra saħħti biex nerġa nkun magħkom. Kelli u għad għandi l-enerġija biex nagħti l-kontribut tiegħi u inservikom,” tenniet Amanda Spiteri Grech.
Hija kitbet li se tkun qed taħdem xorta waħda mid-dar u se tkun tkellem lin-nies permezz tal-mezzi soċjali.