Raġel Ta’ 35 Sena Jmut Minħabba Ħruġ Ta’ Gass Minn Heater F’Ħal Qormi
Raġel ta’ 35 sena minn Guinea-Bissau tilef ħajtu traġikament wara li ħareġ gass minn heater.
L-aċċident seħħ illum, għall-ħabta tal-11:30am, ġewwa residenza fi Triq il-Poeżija, Ħal Qormi.
L-ewwel investigazzjonijiet juru li l-vittma li jgħix fl-istess residenza, ntilef minn sensih b’konsegwenza ta’ ħruġ ta’ gass minn heater.
Tim mediku mar fuq il-post tal-inċident iżda sfortunatament ir-raġel ġie ċċertifikat mejjet.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Josette Demicoli li ħatret Inkjesta filwaqt li għaddejjin l-investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett.