Raġel Ta’ 62 Sena Ferut Wara Li Waqa’ Minn Fuq Scaffolding F’Manoel Island

 Raġel Ta’ 62 Sena Ferut Wara Li Waqa’ Minn Fuq Scaffolding F’Manoel Island

Raġel ta’ 62 sena mill-Isla weġġa’ gravi wara li waqa’ minn fuq scaffolding.

L-aċċident seħħ illum, għall-ħabta tal-10am, fl-inħawi ta’ Manoel Island, il-Gżira.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li l-vittma , weġġa’ wara li waqa’ minn għoli ta’ madwar sular u nofs minn fuq scaffolding. Jidher li f’dak il-ħin ir-raġel kien qed jagħmel xi xogħlijiet fuq dgħajsa.

Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com