Randolph De Battista Se Jkun Parti Mill-Grupp Parlamentari
“Nemmen li dan il-Moviment wettaq ħafna, imma fadallu ħafna iktar xi jwettaq. Kuntent u onorat li l-Prim Ministru Robert Abela u l-Eżekuttiv tal-Partit Laburista fdawni biex inkun parti mill-Grupp Parlamentari li se jkompli jbiddel lil pajjiżna.”
Hekk kiteb fuq il-midja soċjali tiegħu Randolph De Battista ftit tal-minuti ilu. Dan wara li ntemmet laqgħa tal-Eżekuttiv fi ħdan il-Partit Laburista fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fil-Ħamrun.
Kien il-Prim Ministru Robert Abela li ressaq quddiem l-Eżekuttiv Nazzjonali l-isem ta’ Dr Randolph Debattista sabiex ikun co-opted fil-Parlament Malti wara li jitlesta l-proċess elettorali.