Rebecca Buttigieg Se Tkun Parti Mill-Grupp Parlamentari Tal-PL

 Rebecca Buttigieg Se Tkun Parti Mill-Grupp Parlamentari Tal-PL

“Onorata li se nkun parti mill-Grupp Parlamentari tal-Partit Laburista biex flimkien inkomplu naħdmu għall-pajjiż isbaħ u aħjar. M’għandix kliem biżejjed biex niddeskrivi l-ferħ li qed inħoss hekk kif ser ikolli l-opportunità li nagħti l-kontribut tiegħi biex dan il-partit li tant inħobb jibqa’ jiġġedded u jbiddel lil Malta. Fuq kollox grazzi lill-Prim Ministru Robert Abela tal-kuraġġ li dejjem tani u lil dawk kollha li wrew fiduċja fija bil-vot tagħhom.”

Hekk kitbet Rebecca Buttigieg fuq il-midja soċjali tagħha. Dan wara li se ssir membru parlamentari bis-saħħa ta’ elezzjoni każwali fuq id-9 distrett.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com