“Robert Abela Stenna Sakemm Ħaddieħor Iddeċieda Għalih” – Il-PN
“Għal darb’oħra il-Partit Nazzjonalista reġa’ ingħata raġun hekk kif il-Gvern ftit tal-ħin ħabbar li kien qed jissospendi l-applikazzjonijiet għall-bejgħ taċ-Ċittadinanz lill-persuni Russi u ċittadini tal-Belarus.”
Dan intqal fi stqarrija mill-Partit Nazzjonalista fejn qalet ukoll li Robert Abela missu għamel dan il-pass ferm aktar qabel imma għażel li jilgħab għall-gallerija u kien biss wara li ġew adottati s-sanzjonijiet tal-Unjoni Ewropea li għażel li jagħmel dan.
“Robert Abela reġa’ għamel dan il-pass mhux b’konvinzjoni imma b’konvenjenza. Is-solidarjetá mal-poplu tal-Ukrajna kienet titlob li jagħmel dan il-pass ferm qabel u mhux jistenna lill-ħaddieħor jgħidlu x’għandu jagħmel.
Il-Partit Nazzjonalista jisħaq ukoll li għandhom isiru verifiki fuq iċ-ċittadinanza mibjugħa lil nies Russi fl-aħħar xhur hekk kif nafu li hemm każ kriminali quddiem il-qrati dwar tixħim fil-bejgħ ta’ ċittadninanza lil tliet persuni Russi.”