Sas-2pm Ħarġu Jivvotaw Ftit Aktar Minn 40%

 Sas-2pm Ħarġu Jivvotaw Ftit Aktar Minn 40%

Il-Kummissjoni Elettorali fi stqarrija qalet li sas-2pm il-persentaġġ approssimattiv ta’ votanti li ħarġu jivvotaw għall-elezzjoni ġenerali li qed isir illum kien ta’ 40.45%.

In-numru ta’ votanti rreġistrati huwa: 355,075

Voti mitfugħa sas-2pm: 143,628

Jidher li komparata mal-elezzjoni ġenerali tal-2017 kien hemm tnaqqis ta’ 11.5%, meta dakinhar sas-2pm kienu vvotaw 52%.

Dan huwa meqjus bħala turnout relattivament baxx.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com