Sas-2pm Ivvotaw Ftit Aktar Minn 40% Tal-Membri Tal-Korp U AEC’s

Matul il-ġurnata tal-lum qed isir il-votazzjoni għall-elezzjoni ġenerali mill-membri tal-Korp tal-Pulizija u l-Assistenti Kummissarji Elettorali.
Fi stqarrija l-Kummissjoni Elettorali qalet li sas-2pm ivvotaw 2,707, jiġifieri 40.51% ta’ dawk eliġibbli.
B’kollox, eliġibbli biex jivvotaw illum, hemm 6,682 votant u l-votazzjoni tibqa’ għaddejja sal-10pm.