Sentejn Minn Meta L-Covid-19 Kien Irreġistrat Għall-Ewwel Darba F’Pajjiżna

 Sentejn Minn Meta L-Covid-19 Kien Irreġistrat Għall-Ewwel Darba F’Pajjiżna

Kien is-7 ta’ Marzu 2020, sentejn ilu, meta wara li l-Covid-19 kien beda jinfirex madwar id-dinja kien tfaċċa l-ewwel każ f’Malta wkoll.

L-ewwel persuna infettata bil-Covid-19 f’Malta kienet tifla Taljana ta’ 12-il sena, li tgħix f’Malta.

Ftit ħin wara kienet saret konferenza tal-aħbarijiet mis-Superintendent tas-Saħħa Dr Charmain Gauci u l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne fejn kieku kkonfermaw dan il-każ u qalu li t-tifla flimkien mal-familja tagħha kienu waslu f’Malta abbord titjira minn Ruma.

Dakinhar kienu qalu li s-sintomi tat-tifla kienu baxxi meta kienet qed tivvjaġġa u għalhekk ir-riskju li xxerred il-marda kien għadu baxx.

Sentejn ilu ħadd kien għadu ma’ jaf xejn dwar dan il-virus ġdid li kien ħakem lid-dinja kollha. Illum, sentejn wara s-sitwazzjoni tidher li ġiet kontrollata permezz tal-vaċċin ġdid li sar apposta kif ukoll permezz ta’ diversi miżuri li daħlu fis-seħħ matul dawn is-sentejn.

Il-virus però jidher li ħa jibqa’ magħna, u għalhekk ix-xjentisti dejjem qed ikomplu jistudjaw sabiex dan il-virus jibqa’ tal-anqas imrażżan, kif ukoll kura għalih.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com