Serata Ta’ Tifkira Li Onorat U Sellmet Lil Joe Borg L-Ewwel Sindku Tal-Mellieħa

 Serata Ta’ Tifkira Li Onorat U Sellmet Lil Joe Borg L-Ewwel Sindku Tal-Mellieħa

“Okkażjoni li fiha ċċelebrajna persuna li tispira, li ġibdet warajha opinjonijiet diversi politiċi, persuna li ħadmet għall-ġid komuni fil-lokalità tal-Mellieħa, f’Malta, fl-Ewropa, u fuq livell internazzjonali.”

Hekk stqarr il-President ta’ Malta Dr. George Vella nhar il-Ħadd li għadda f’serata ta’ tifkira li onorat u sellmet lil Joe Borg, l-ewwel sindku tal-Mellieħa, missier, ħaddiem, politiku u ċittadin b’sens ċiviku qawwi.

Ir-rakkont dwar ħajjet Joe Borg minn ħutu, wliedu, ħbiebu u kollegi, kien imżewwaq minn mużika b’orkestra żgħira magħmulha minn mużiċisti mit-tliet soċjetajiet mużikali tal-Mellieħa u minn artisti Mellieħin.

Preżenti għal din l-attività kien hemm fost l-oħrajn is-Sindku ta’ Adenau (Ġermanja), li magħha Joe Borg kien iffirma l-ewwel ġemellaġġ ta’ lokalità f’Malta wara t-twaqqif tal-kunsilli lokali, kif ukoll rappreżentanti tal-għaqdiet kollha tal-Mellieħa.

Lejn tmien l-attività, l-Onor Robert Cutajar, li ħoloq u organizza din is-serata ta’ tifkira, fakkar lil Joe Borg bħala l-persuna li għamditu fil-politika u li tibqa’ tispirah f’dak kollu li jagħmel.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com