Sewwieq Ta’ Mutur Isofri Ġrieħi Gravi F’Aċċident Tat-Traffiku

 Sewwieq Ta’ Mutur Isofri Ġrieħi Gravi F’Aċċident Tat-Traffiku

Sewwieq ta’ Mutur ta’ 43 sena minn Ħaż-Żebbuġ sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f’ħabta ma’ karozza.

L-aċċident seħħ illum, għall-ħabta tad-9:30am, fi Triq Fr Charles Plater, Raħal Ġdid.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li kien seħħ inċident bejn mutur Honda 125, misjuq minn raġel ta’ 43 sena residenti Ħaż-Żebbuġ u Porsche Macan, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 34 sena residenti Tas-Sliema.

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard, ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com