Sewwieq Ta’ Mutur Isofri Ġrieħi Serji Wara Ħabta Ma’ Vann Fiż-Żejtun

 Sewwieq Ta’ Mutur Isofri Ġrieħi Serji Wara Ħabta Ma’ Vann Fiż-Żejtun

Bulgaru ta’ 38 sena sofra ġrieħi serji wara li kien involut f’aċċident bil-mutur.

L-aċċident seħħ ilbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tat-7:45pm, fi Triq il-President Anton Buttigieg, iż-Żejtun.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li kien seħħ inċident bejn mutur Honda 600 Hornet, misjuq mill-vittma, u Mitsubishi L200, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 63 sena residenti iż-Żejtun.

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard, ġie ċċertifikat bi ġrieħi serji.

B’rabta ma’ dan il-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Yana Micallef Stafrace li ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com