Sewwieq Ta’ Mutur Iweġġa’ Gravi F’Ħabta Ma’ Karozza F’Ħal Tarxien

 Sewwieq Ta’ Mutur Iweġġa’ Gravi F’Ħabta Ma’ Karozza F’Ħal Tarxien

Sewwieq ta’ mutur sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f’ħabta ma’ karozza.

L-aċċident seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tal-4:30pm, fi Triq San Anard, Ħal Tarxien.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħet ħabta bejn Nissan NV350, misjuq minn raġel ta’ 20 sena residenti l-Fgura, u mutur Junak 123, misjuq minn Pollakk ta’ 45 sena residenti Wied il-Għajn.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com