Sospiż L-Ipproċessar Tal-Applikazzjonijiet Ta’ Ċittadini Mir-Russja U Mill-Belorussja

 Sospiż L-Ipproċessar Tal-Applikazzjonijiet Ta’ Ċittadini Mir-Russja U Mill-Belorussja

Fi stqarrija, mis-Segretarjat Parlamentari għaċ-Ċittadinanza intqal li l-aġenziji Community Malta, Identity Malta u Residency Malta kienu qed jissorveljaw is-sitwazzjoni tal-kunflitt bejn ir-Russja u l-Ukrajna.

It-tliet aġenziji spjegaw li, wara kontrolli bir-reqqa, l-ebda persuna li ngħatat iċ-ċittadinanza jew residenza ma tinsab fuq il-Lista tas-Sanzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u l-ebda persuna li tinsab fil-proċess li qed tapplika għar-residenza jinsabu fuq il-Lista tas-Sanzjonijiet.

Għaldaqstant, minħabba l-iżviluppi marbuta ma’ dan il-kunflitt, dawn il-kontrolli ma jistgħux isiru b’mod effettiv u dan wassal biex ġie sospiż l-ipproċessar tal-applikazzjonijeit ta’ ċittadini mir-Russja u mill-Belorussja.

It-tliet aġenziji msemmija hawn fuq, qalu wkoll li, minkejja l-fatt li l-ebda persuna li ngħatat iċ-ċittadinanza jew residenza ma tinsab fil-Lista tas-Sanzjonijiet tal-UE, se jkun ipproċessat it-tiġdid tal-istatus tal-benefiċjarji skont il-każ ibbażat fuq il-proċeduri.

Dan  biex ikun żġurat li l-benefiċjarji jibqgħu eleġibbli għal din l-iskema.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com