Tal-Covid-19 Se Jżommu L-Lapes Li Jivvutaw Bih…
Dawk il-votanti pożittivi għall-Covid-19 din l-elezzjoni ħa jkollhom tifkira tagħha wkoll.
Minħabba li ovvjament il-virus jista’ jinfirex minn oġġetti li persuna tkun użat, il-lapes li bih tivvota qed jinżamm mill-votanti.
F’din l-elezzjoni hemm seba’ ċentri ta’ votazzjoni għal votanti li huma pożittivi għall-Covid-19 jew fi kwarantina, li jinsabu f’Ħal Far, Pembroke, l-MCAST Raħal Ġdid, Life Science Park f’San Ġwann, Ta’ Qali, Smart City, l-isptar Mater Dei u x-Xewkija. Huwa stmat li mal-4,200 votant jista’ jivvota f’dawn iċ-ċentri.
Il-voti minn dawn is-seba’ ċentri ta’ votazzjoni għal nies pożittivi jew f’kwarantina se jkunu qed jingħadu f’kamra separata fiċ-Ċentru tal-Għadd tal-Voti.