Tmut L-Attriċi Veterana Karmen Azzopardi

Ftit tal-ħin ilu tħabbret il-mewt tal-attriċi veterana Karmen Azzopardi fl-età ta’ 88.
Azzopardi bdiet il-karriera tagħha bħala attriċi fis-snin ħamsin u ħadet sehem f’bosta xogħolijiet teatrali kif ukoll fuq diversi produzzjonijiet televiżivi.
Għoxrin sena ilu hija ngħatat l-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika għall-kontribut li tat lejn l-iżvilupp tat-teatru f’Malta.