Uffiċjali: It-Turnout Fl-Elezzjoni Ġenerali Kien Ta’ 85.5%

 Uffiċjali: It-Turnout Fl-Elezzjoni Ġenerali Kien Ta’ 85.5%

Il-Kummissjoni Elettorali fi stqarrija kmieni dalgħodu ħabbret li l-persentaġġ uffiċjali ta’ votanti li vvutaw fl-Elezzjoni Ġenerali li saret ilbieraħ kien ta’ 85.5%.

Dan ifisser tnaqqis ta’ madwar 6.5% fuq ir-rata tal-votazzjoni rreġistrata fl-Elezzjoni Ġenerali ta’ ħames snin ilu meta dakinhar ħarġu jivvotaw 92%.

L-anqas rata tal-votazzjoni kienet irreġistrata fit-12-il Distrett b’78.38%, bl-ogħla rata tal-votazzjoni kienet irreġistrata fis-seba’ Distrett Elettorali bi 88.02%.

Persentaġġ approssimattiv ta’ voti mitfugħa fl-4 ijiem ta’ votazzjoni 2022
Distrett Votanti Reġistrati Total %
1 25,862 22,124 85.55%
2 26,940 23,475 87.14%
3 27,566 24,216 87.85%
4 26,688 23,184 86.87%
5 27,056 23,590 87.19%
6 27,321 23,865 87.35%
7 27,923 24,577 88.02%
8 26,360 22,747 86.29%
9 26,007 21,936 84.35%
10 26,777 21,848 81.59%
11 27,401 23,233 84.79%
12 28,249 22,142 78.38%
13 30,925 26,638 86.14%
Total 355,075 303,575 85.50%
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com