Wayne Hewitt Irid Mafkar Ta’ Daphne Quddiem Kastilja Flok Ta’ Mintoff
F’post fuq il-midja soċjali minn Karol Aquilina, qal li dalgħodu attenda għall-inawgurazzjoni tal-ewwel mafkar f’pajjiżna għal Daphne Caruana Galizia. Dan jinsab f’Tas-Sliema.
Huwa qal li l-wegħda tiegħu kienet, għadha u tibqa’ ħidma bla heda għall-verità u għall-ġustizzja.
Fil-kummenti, Wayne Hewitt, li lura f’Marzu tas-sena 2021, kien qal li l-kisba storika tal-Ħelsien hija fake news manja, kiteb “Wieħed quddiem Kastilja flok l-istatwa ta’ Mintoff.”
Hewitt, lura s-sena li għaddiet, kien kiteb ukoll li jum il-Ħelsien huwa jum li fih Mintoff falla milli jżomm l-Ingliżi f’Malta, taparsi keċċiehom u għamel minn kollox biex żammhom hawn.
Catherine Desira kitbet ukoll il-ħsieb tagħha fejn qalet:
“Bix-xieraq għax Daphne kienet dikjarata EROJ ta’ Malta mill-Inkjesta Pubblika. U mhux ta’ Malta biss imma anke internazzjonalment hija meqjusa EROJ.
U mhux Mintoff li issa sirna nafu wkoll li kien wife-beater, minbarra li kien ukoll kriminal ieħor bħal mexxejja oħra tal-labour landfill.”
Intom x’taħsbu dwar dan?!