X’Inhu Molotov Cocktail?

Bħalissa qed nisimgħu spiss il-kliem Molotov cocktail marbut ma’ dak li qed iseħħ fl-Ukrajna.
Iżda molotov cocktails ilhom jintużaw anke waqt rewwixti, logħob tal-futbol meta jkun hemm xi ġlieda bejn il-hooligans, terroriżmu u anke f’avvenimenti xejn pjaċevoli oħra.
Bħalissa, qed jintużaw fl-Ukrajna fejn minħabba nuqqas ta’ armi u munizzjon, il-poplu kien imħeġġeġ juża dan il-metodu biex jirribatti l-inażjoni Russa.