X’Inhu R-Randan? Il-Kelma Ġejja Mill-Għarbi

Illum huwa Ras ir-Randan. Ir-Randan hu l-erbgħin jum ta’ ndiema u penitenza mill-Erbgħa tal-Irmied, illum; li huwa magħruf bħala Ras ir-Randan, sa Sibt il-Għid, minbarra l-Ħdud.
Forsi ftit jafu li l-kelma randan ġejja mill-Għarbi ramaḍān. Dan anke jekk ir-Randan Malti m’għandux x’’jaqsam mar-Ramadan Iżlamiku.
Apparti randan, hemm kliem ieħor mid-dinja Għarbija-Musulmana li fil-Malti tajnieh bixra Nisranija. Ngħidu aħna, għid fl-Għarbi tfisser festa, imma fil-Malti tajnieha libsa Kattolika, eż. l-Għid il-Kbir u Għid il-Ħamsin. Hekk ukoll Alla, li minn Allah tal-Iżlam, saret tirreferi għal Alla tal-Kristjaneżmu. Jew Alla wieħed hemm?
Tagħrif minn Michael Spagnol.