

It-temp illum ġeneralment imsaħħab, imdaħħan (‘hazy’) u ċlampu bi ftit qtar tax-xita tal-ħamri minn ħin għall-ieħor. Jinħass umdu.

Ir-riħ moderat għal ftit qawwi (F4-5), kultant bil-buffuri u jinħass umdu, min-Nofsinhar ix-Xlokk (SSE)..

Il-baħar ġeneralment moderat li jsir ftit qawwi fejn jaqbel.

L-ogħla temperatura llum: 17°C; l-inqas illejla: 15°C.

Tinħass: 15°C | 11°C

Indiċi UV: 6
Ritratt miġbud riċentament fil-limiti tar-Rabat, grazzi għal James Cutajar