Żagħżugħ Fil-Periklu Tal-Mewt Wara Li Ħabat F’Siġra U Nqaleb Fil-Baħrija
Żagħżugħ ta’ 20 sena li joqgħod l-Imtarfa jinsab fil-periklu tal-mewt wara li tilef il-kontroll tal-karozza u ħabat.
L-aċċident seħħ illum, għall-ħabta tas-6:45am, fi Triq Bieb ir-Ruwa, il-Baħrija limiti tar-Rabat.
Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari illi sar irriżulta li l-vittma, tilef il-kontroll tal-vettura tat-tip Peugeot u b’konsegwenza t’hekk seħħ impatt ma’ siġra u nqalbet.
Fuq il-post issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku sabiex jassistu, u ambulanza ħadet lix-xufier l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Aktar tard, hu ġie iċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Donatella Frendo Dimech ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.