Żagħżugħ Isofri Ġrieħi Gravi Wara Li Ttajjar Minn Karozza F’Ħal Qormi

 Żagħżugħ Isofri Ġrieħi Gravi Wara Li Ttajjar Minn Karozza F’Ħal Qormi

Żagħżugħ ta’ 24 sena sofra ġrieħi serji wara li ttajjar minn karozza.

L-aċċident seħħ aktar kmieni llum, għal xi s-6:30am, fi Triq tal-Ħandaq, Ħal Qormi.

Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li l-vittma ntlaqat minn karozza ta’ tip Hyundai Kona li kienet qed tiġi misjuqa minn raġel ta’ 33 sena residenti l-Fontana, Għawdex.

Ir-raġel ta’ 24 sena ngħata l-assistenza minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com