Żagħżugħ Ta’ 22 Sena Sofra Ġrieħi Serji F’Aċċident Bil-Mutur F’Tas-Sliema
Ungeriż ta’ 22 sena residenti San Ġwann sofra ġrieħi serji wara li tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq.
L-aċċident seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tal-9:45pm, fix-Xatt ta’ Tigne, Tas-Sliema.
Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li l-vittma, tilef il-kontroll tal-mutur li kien qiegħed isuq, tat-tip Kymco, u waqa’.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.