Żewġ Persuni Se Jittellgħu L-Qorti Wara Li Nqabdu B’850g Droga Kokaina

 Żewġ Persuni Se Jittellgħu L-Qorti Wara Li Nqabdu B’850g Droga Kokaina

Żewġ persuni ġew arrestati wara sejba ta’ droga u flus kontanti u se jitressqu l-Qorti llum.

Ħidma mill-Pulizija tal-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga, wara informazzjoni dwar bejgħ ta’ droga wasslet għall-arrest ta’ żewġ persuni li fil-pussess tagħhom instabet madwar 850g droga suspettata kokaina u ammont konsiderevoli ta’ flus kontanti.

Fi stqarrija l-Pulizija qalet li wara investigazzjonijiet intensivi, nhar il-Ħamis il-Pulizija arrestat mara ta’ 42 sena biswit appartament f’Marsaskala u nstabet madwar 100g droga suspettata kokaina u flus kontanti fil-pussess tagħha.

It-tfittxijiet komplew fl-appartament fejn il-Pulizija arrestat raġel ta’ 32 sena li nstab fil-pussess ta’ 750g droga suspettata kokaina u madwar €66,000 fi flus kontanti.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Lara Lanfranco ġiet infurmata bis-sejba u ħatret inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tal-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga għadhom għaddejjin filwaqt li l-persuni mistennija jitressqu l-Qorti aktar tard illum quddiem il-Maġistrat tal-għassa Dr. Josette Demicoli.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com