Żvelata D-Dehra Tal-Uniformi L-Ġdida Tal-Membri Tal-Korp Tal-Pulizija…X’Taħsbu?
“Bi pjaċir ninfurmaw li ntemm il-proċess relatat max-xiri ta’ uniformi ġdida għall-uffiċjali tal-Korp tal-Pulizija.”
Dan kien konfermat mill-Korp tal-Pulizija stess permezz tal-mezzi soċjali tagħhom fejn żvelaw ritratti ta’ kif ħa tkun tidher l-uniformi l-ġdida tal-Pulizija.
Il-Pulizija qalet li fix-xhur illi ġejjin ser tkun qed tiġi introdotta din l-uniformi l-ġdida li ser twassal għal aktar uniformità fid-dehra bejn is-sezzjonijiet varji tal-Korp.
Din l-uniformi hija waħda moderna li tinkorpora elementi importanti fix-xogħol tal-pulizija bħal funzjonalità, sigurtà u hija addattata għall-klima Maltija.
Il-Korp tal-Pulizija qal li huwa mistenni li din l-uniformi ittejjeb il-kwalità tal-ħajja tal-uffiċjali tal-pulizija skont Għan Strateġiku 8 tal-Istrateġija ta’ Trasformazzjoni tal-Korp tal-Pulizija.
“Din l-uniformi ġiet żviluppata wara proċess ta’ riċerka intensiva u fuq kollox proċess li ta widen lill-uffiċjali tal-Korp infushom,” temm jgħid il-Korp.