3 Persuni Fosthom Tifla Ta’ 12-il Sena Sofrew Ġrieħi Wara Ħabta Bejn Żewġ Karozzi
Tliet persuni fosthom tifla ta’ 12-il sena sofrew ġrieħi wara ħabta bejn żewġ karozzi.
L-aċċident seħħ illum, għall-ħabta tat-7:45am, fi Triq Mikiel Anton Vassalli, San Ġiljan.
Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li seħħet ħabta bejn Toyota Yaris misjuqa minn mara ta’ 57 sena residenti San Pawl il-Baħar u Toyota Vitz, misjuqa minn mara ta’ 48 sena residenti Birżebbuġa. Fil-Vitz kien hemm ukoll tifla ta’ 12-il sena.
Fuq il-post issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu u kif ukoll ambulanzi sabiex jieħdu lit-tliet persuni l-Isptar Mater Dei. Aktar tard, il-mara ta’ 57 sena ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi gravi filwaqt li t-tifla u l-mara l-oħra ġew iċċertifikati li qed isofru minn ġrieħi ta’ natura ħafifa.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
Ritratt: TVM