6 Ġimgħat Biss Qabel Kienu Ser Jiżżewwġu, Norbert Ħarġitlu L-Multiple Myeloma
Illum il-Fondazzjoni Puttinu Cares qasmet storja fuq il-mezzi soċjali tagħha ta’ koppja li 6 ġimgħat biss qabel kienu ser jiżżewwġu, r-raġel ħarġitlu l-Multiple Myeloma, li hija kanċer fid-demm.
Norbert flimkien ma’ martu Susan fi żmien jumejn minn mindu ħadu din l-aħbar iebsa kellhom imorru l-Ingilterra sabiex lil Norbert isirlu trapjant tal-mudullun.
“Il-ħbieb tagħna ta Puttinu sibniehom mill-ewwel jistennewna biċ-ċwievet ta’ l-appartament li akkomodana għal seba’ ġimghat sħaħ,” qalu Norbert u Susan.
Huma qalu li f’sitwazzjonijiet bħal dawn ikollok ħafna fuq x’hiex tinkwieta imma li ssib lil Puttinu hemm għalik huwa ta soljev kbir.
Fil-messaġġ tagħhom Puttinu Cares fakkru fil-maratona nhar il-Ġimgħa l-Kbira u ħeġġew lill-pubbliku biex jgħin mill-aħjar li jista’.