Aktar Minn 30 Persuna Mejta F’Attakk Mill-Ajru Fuq Stazzjon Tal-Ferrovija Fl-Ukrajna
Sorsi internazzjonali fosthom BBC qed iħabbru li aktar minn 30 persuna nqatlu f’attakk mill-ajru fuq stazzjon tal-ferrovija fil-Lvant tal-Ukrajna. Apparti hekk, madwar 100 persuna oħra ndarbu.
Jidher li żewġ rokits laqtu l-istazzjoni tal-ferrovija, li huwa wieħed mill-ftit stazzjonijiet fil-Lvant tal-pajjiż li kien għadu qed jopera.
Dan l-istazzjon kien qed jintuża biex minnu jaħarbu l-Ukreni minn pajjiżhom stess.
Ritratt: BBC.com