Andy Ellul Inħatar Bħala L-Whip Tal-Grupp Parlamentari Laburista
Il-Grupp Parlamentari Laburista ltaqa’ għall-ewwel darba fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista llum waranofsinhar wara li l-proċess elettorali ntemm għal kollox nhar it-Tlieta li għadda.
Fil-bidu ta’ din il-laqgħa, il-Prim Ministru Robert Abela tkellem dwar l-irwol importanti li għandu l-grupp parlamentari fl-implimentazzjoni tal-manifest elettorali tal-Partit Laburista, b’mod partikolari mal-programm leġiżlattiv ambizzjuż li għandu l-gvern għaż-żmien li ġej.
F’din il-laqgħa nħatar il-whip tal-Grupp Parlamentari li se jkun is-Segretarju Parlamentari, Andy Ellul. Id-Deputat, Naomi Cachia, se sservi bħala Assistant Whip tal-Grupp Parlamentari Laburista.